L-Aħħar Talba tal-Jum
0:00
O Sinjur, jiena nagħtik kelma ferma li nkun umli u manswet, fuq l-eżempju tiegħek.
Nipproponi, o Sinjur, li naħfer b’qalbi kollha lil kull min għamilli xi deni, l-ewwel nett għax hekk inti tikkmanda, u t-tieni sabiex inti wkoll taħfer lili, li tant offendejtek.
Alla Missier, noffrilek il-pjagi divini ta’ ħuna Ġesù Kristu, Ibnek l-għażiż, biex nirringrazzjak kif jisthoqqlok għal kulma inti għamilt miegħi u biex taħfirli dnubieti.
Ammen.
Qabel torqod itlob il-protezzjoni tal-familja
Mqaddsa billi ssejjaħ l-ismijiet ta’
Ġesù, Marija, Ġużeppi.